Kumpanija li tipproduċi l-insalata ġabret lura numru sinifikanti ta’ pakketti tal-prodott tagħha minn diversi stati wara li żewġ persuni qed jingħataw il-kura wara sejba mhux tas-soltu f’wieħed mill-pakketti.
Dan hekk kif dawn il-persuni sabu farfett il-lejl mejjet qalb l-insalata li tipproduċi din il-kumpanija. Huma qed jiġu trattati għall-idrofobija (rabies) bħala prekawzjoni.
Dan għaliex minkejja li l-fdalijiet tal-farfett il-lejl li nstabu qalb il-ħaxix ġew eżaminati miċ-Ċentru għall-Kontroll u l-Prevenzjoni f’Atlanta, x-xjentisti qalu li l-farfett il-lejl kien diġà iddeterjora u għalhekk ma setgħux jistabbilixxu jekk kienx qed iġorr mard.
Dawn il-persuni xtraw il-prodott tagħhom siġilat minn ħanut ta’ Walmart fi Florida.