Simon Busuttil m’għandux stabilità u kredibiltà biex isolvi l-problemi li jaffaċjaw in-nies fil-ħajja ta kuljum, għax kien hu bid-diversi kpiepel li kellu taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li ħoloq dawn il-problemi li ilhom jakkumulaw għal diversi snin.
Dan kien kliem il-Partit Laburista li fi stqarrija qal li b’Partit Nazzjonalista b’żewġ kapijiet, Simon Busuttil issa tilef l-istabilità u l-kredibiltà anke mill-grupp parlamentari tiegħu stess li sar jaf bil-koalizzjoni ġdida li qed tirrizulta f’żewġ kapijiet għall-Partit Nazzjonalista, mill-media.
Kif issolvew problemi oħra li Simon Busuttil qal li ma kinux ser jissolvew bħal kontijiet tal-enerġija, il-mediċini out of stock u l-qgħad, dan il-Gvern qed idawwar il-problemi, waħda waħda, f’opportunitajiet.
Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil tilef ukoll kull kredibiltà fuq id-diskors tiegħu fuq it-trasparenza għax għadu ma ppublikax invoices biex juri li l-ħlas ta’ pagi tal-ogħla uffiċjali tiegħu ma kinux donazzjonijiet mhux regolati mil-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti Politiċi li fid-diversi kpiepel tiegħu dejjem naqas milli jimplimenta.
Simon Busuttil kull ma jmur qed inaqqas mill-istabilità u kredibiltà. – PL