Minn tal-inqas 21 persuna nqatlu fi splużjoni fi knisja fit-Tramuntana tal-Eġittu. L-isplużjoni seħħet fil-knisja ta’ San Ġorġ tal-kopti fil-belt ta’ Tanta f’Nile Delta.
Numru ta’ stazzjonijiet televiżivi qegħdin jirrapurtaw li minn tal-inqas 40 persuna ndarbu f’dan l-attakk li seħħ f’Ħadd il-Palm.
Minkejja li l-kawża tal-isplużjoni għadha mhijiex magħrufa, l-minorita ta’ kristjani fl-Eġittu kienet ħafna drabi fil-mira tal-militanti islamiċi fl-aħħar snin.
F’Diċembru tas-sena li għaddiet, 25 persuna mietu meta bomba splodiet fil-katidral fil-Kajr
Fi Frar, militanti tal-grupp tal-Istat Islamiku wissew għal aktar attakki kontra l-kopti, li jiffurmaw kważi 10% tal-popolazzjoni Eġizzjana.