Riċentament fl-għases distrettwali ġew introdotti l-awdjo-visual interrogation system, fejn il-Pulizija tista tirrekordja u ssegwi minn ġo kamra oħra dak li jkun qiegħed jingħad waqt l-interrogazzjoni.
L-Assistent Kummissarju responsabbli mid-Distretti Martin Sammut jikkonferma l-benefiċċju ta’ din is-sistema. Jistqarr li grazzi għal din is-sistema illum il-Pulizija għandha kontroll assolut fuq l-interrogazzjoni. Il-Pulizija tista tanalizza mhux biss dak li qed jingħad iżda anke il-body language tas-suspettat matul l-interrogazzjoni kollha. Il-body language tas-suspettat issa qed jiġi analizzat b’iżjed reqqa mill-għases.
Apparti hekk jekk ikun hemm il-bżonn li din l-intervista terġa tiġi reviewed għal ċertu irqaqat li jkunu ta’ importanza waqt l-interrogazzjoni, issa hu possibli b’dan il-filmat.
Għall-ewwel darba is-servizz tal-awdjo-interrogation system beda jiġi estiż fl-għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet. B’hekk meta jkun hemm bżonn statements li jittieħdu b’filmat, m’hemmx bżonn iktar li dawn isiru biss fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija il-Floriana, li għalhekk qed jgħin għal iżjed rapidita’ fix-xogħol investigattiv tal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalita’.