Is-Sur George Mifsud inħatar chairperson tal-Awtorità tax-Xandir li, skont l-artiklu 118 (2) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, għandu jiġi maħtur mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru wara li kkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Is-Sur Mifsud għandu esperjenza kbira fil-qasam tal-kommunikazzjoni billi waqqaf kumpanija tal-Marketing MPS – Marketing and Communications fl-1975. Mill-2011 huwa sar Chairman (non-executive) fuq l-istess kumpanija.
Mill-2007 sal-2013 huwa kien Ambaxxatur Plenipotenzjarju tar-Repubblika tal-Bulgarija. Bejn l-1999 u l-2004 serva wkoll bħala direttur fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel.
Il-Prim Ministru rringrazzja lil Tanya Borg Cardona li serviet bħala Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir minn Jannar 2016.