Ħafna drabi, meta persuna tħares lejn il-mera u tibda tara li xagħarha qed isir griż ma tantx tieħu gost. Min-naħa l-oħra hawn oħrajn li qed jagħmlu xagħarhom dan il-kulur għax tal-moda. Iżda għal dawk li x-xagħar griż m’huwiex għażla, l-aħbar li hemm konnessjoni bejn ix-xagħar griż u l-attakki tal-qalb xejn ma tantx hi pożittiva.
Dan hekk kif xjentisti sabu li meta x-xagħar jibda jibjad jaf ikun hemm problemi fl-arterji tal-qalb. Huma sabu li bidliet ormonali u infjammazzjoni fost oħrajn jistgħu jwaslu għal problemi fil-qalb. Din ir-riċerka tista’ twassal biex mid-dehra biss, pazjent issirlu d-djanjożi li għandu problemi mediċi marbuta mal-qalb.
Ix-xjentisti mill-Università ta’ Cairo ibbażaw l-istudju tagħhom fuq 545 raġel. L-irġiel ġew imqassma fi gruppi differenti skont is-saħħa tal-arterji tagħhom u l-kulur ta’ xagħarhom. Il-kulur tax-xagħarha ngħata numru skont kemm hu abjad jew griż. Dawk li kellhom ix-xagħarha tagħhom fi stadju tlieta, jiġifieri li xagħarhom kien aktar abjad, kellhom aktar pressjoni għolja, aktar xaħam fid-demm u arterji mhux daqsekk b’saħħithom.
Sintomi assoċjati ma’ problemi mediċi tal-qalb. L-awtur tal-istudju, Dr Irini Samuel, qal li persuni li għandhom xagħarhom griż jew abjad aktar għandhom iċ-ċans li jiżvilluppaw problemi fl-arterji u aktar ma jgħaddi żmien, il-probbabilità tiżdied.
Jekk il-persuna jkolliex 70 sena meta tibda tara xagħar griż jew jekk ikolliex 18-il sena ma tagħmilx differenza, ladarba hemm ix-xagħar griż ir-riskju ta’ mard fil-qalb jiżdied.