Il-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kellhom kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna elimina d-defiċit u rreġistra surplus storiku wara 35 sena.
Anki jekk dawn l-awtoritajiet monetarji ma jikkumentawx fuq miżuri politiċi li jieħu Gvern biex jistimula l-ekonomija, il-fatt li s-surplus ta’ Malta laqat l-attenzjoni tagħhom, juri biċ-ċar il-klima ekonomika pożittiva li pajjiżna għandu u li qed isarraf f’aktar ġid fost il-poplu.