“Kulħadd għandu d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu u l-kritika hija tajba. Il-kritika hija bżonn biex intejjeb ix-xogħol tiegħi, iżda qatt ma naċċetta li nissejjaħ korrott.”
Dan kien kliem il-Ministru Joe Mizzi, b’reazzjoni għas-sentenza li ngħata lbieraħ fil-Qorti. Sentenza li kkundannat lil resident mill-Birgu li uża facebook biex insulta lill-Ministru Joe Mizzi biex iħallas €7,000. Il-Ministru stqarr li minkejja li huwa favur kritika kostruttiva, qatt m’hu se jaċċetta li jissejjaħ korrott. “Jiena ma kontx, miniex u qatt m’hu se nkun korrott,” spjega l-Ministru Mizzi.
Dawn il-kummenti saru minn Lawrence Grech, ta’ 58 sena mill-Birgu, li sofra minn inkonvejent minħabba xogħlijiet fit-triq tiegħu u kien urtat li fit-triq oħra x-xogħol kien għaddej b’ritmu iktar mgħaġġel. Kien f’Diċembru tal-2015 uża l-facebook biex iwassal il-frustrazzjoni tiegħu u f’kitba fuq facebook b’kummenti kkuluriti waħħal f’Joe Mizzi.
Il-Ministru fetaħ kawża ta’ libell. Għalkemm Grech kien neħħa l-kitba tiegħu l-Maġistrat qal li l-kumment kien imxerred minn madwar 700 persuna. Il-Qorti qalet li dan kien abbuż tal-midja soċjali.
Ir-reazzjoni tal-Ministru Joe Mizzi: