Umduż, qisu bejn se tagħmel ix-xita u le.
Iġiegħel lil kull min ħasel xi karozza, twieqi jew btieħi jirrabja xi ftit.
Jagħmel ix-xogħol ftit iktar diffiċli lil ċertu nies bħal stilisti tax-xagħar.
Fuq kollox jagħti tama lil min l-idea li ġej is-sajf diġà iġġiegħlu jogħroq.
Jiem sbieħ ukoll għal min iħobb jagħmel dik il-ftit tè u jgawdi l-irdoss ta’ ġewwa.
Dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu sa nhar it-Tnejn, għax wara ġejja x-xemx u sħana mill-ġdid.
Sors: Uffiċju Meterjoloġiku – Ajruport Internazzjonali ta’ Malta