Nirien ħakmu tliet karozzi li kienu pparkjati fi Triq San Rafel, f’Ħal Qormi. In-nirien bdew għall-ħabta tas-sagħtejn dalgħodu, meta qabdet karozza waħda. Żewġ karozzi oħra spiċċaw ħadu n-nar peress li kienu pparkjati qrib. B’xorti tajba ħadd ma ndarab. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.