Il-koppja Baker intbagħtu tliet snin ħabs wara li nstabu ħatja li kienu qed iżomma mara b’diżabilità bħala skjava għas-sess. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija ħareġ ukoll li flimkien magħhom fir-residenza kienet qed tgħix is-sieħba tar-raġel, li r-raġel kellu erbat itfal magħha.
Caroline Baker instabet ħatja li żammet il-mara b’diżabilità priġuniera f’kamra mingħajr dawl u l-bżonnijiet bażiċi filwaqt li ma tħallitx toħroġ minn bieb ‘il barra.
Ir-raġel tagħha, Keith Baker, ta’ 61 sena ntbagħat ħmistax-il sena ħabs għal abbuż li kienu ilu għaddej 8 snin. Ir-raġel kien qed jagħti lil-mara ċikkulatini tal-Quality Street meta tħalli lilu, lil martu u lil irġiel oħra jabbużawha sesswalment u jiġbdu filmati waqt li jagħmlu dan.
Il-ġirien tal-koppja miżżewġa f’Craigavon, l-Irlanda ma kienux jafu li l-mara kienet qed tinżamm ostaġġ f’din id-dar meta r-raġel tagħha mir-Renju Unit kien irrapporta lil martu nieqsa fl-2004.