Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mar fil-każin Nazzjonalista tal-Qrendi sabiex ikompli bi dagħdigħa negattiva u l-kampanja ta’ biżà.
Waqt li indirizza lill-partitarji Nazzjonalisti, Busuttil qal li dan il-Gvern m’għamel ebda proġetti f’erba’ snin u qal li l-proġetti li ghamel dan il-Gvern saru grazzi għall-Partit Nazzjonalista.
Semma l-proġett ta’ Triq Diċembru tlettax fil-Marsa, proġett li tħalla fi stat ta’ abbandun taħt Gvern Nazzjonalista u kieku ma kienx għal dan il-Gvern, konna se nitilfu fondi Ewropej minħabba l-PN.
Semma wkoll l-interconnector u qal li hu grazzi għal PN li raħsu l-kontijiet.
Spikkaw id-dikjarazzjonijiet ta’ Kandidati Nazzjonalisti bħal Doris Borg u Charles Bonello, l-eks Assistant tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li appella lill-partitarji Nazzjonalista biex jivvutaw għall-PN sabiex isalvaw lill-pajjiżna mir-rovina li skontu għamel minn pajjiżna dan il-Gvern.
Fl-istess waqt Doris Borg qalet li Simon Busuttil għamel wisq għal pajjiżna u kif ukoll appellat sabiex jivvutaw lill-PN biex Busuttil isir Prim Ministru għax jixraqlu.