Il-Parlament Ewropew appoġġja mozzjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni tagħha għan-negozjati ta’ Brexit.
Dan b’516-il vot favur u mija tlieta u tletin kontra.
Minkejja li l-membri Parlamentari Ewropej mhux ser jipparteċipaw direttament fit-taħdidiet tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huma jridu jivvuttaw favur l-ftehim finali biex ikun jista’ jimxi ‘l quddiem.
Fl-istess waqt, Nigel Farage akkuża lill-membri parlamentari ewropej li ppruvaw jimponu kundizzjonijiet li kienu impossibli għar-Renju Unit biex jikkonformaw magħhom u qabbilhom mal-mafja.