Ġiet imnedija l-Gozo VO Scheme, inizjattiva ġdida li għandha l-għan li ssaħħaħ u ssostni l-ħidma tal-għaqdiet volontarji kollha tal-gżira Għawdxija.
It-tnedija ta’ din l-inizjattiva saret mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri.
Il-Gozo VO Scheme hija miftuħa għal għaqdiet volontarji minn kull settur u tinkludi proċess ta’ applikazzjoni sempliċi li ssir b’mod elettroniku.
Il-Ministru Camilleri saħaq hemm €200,000 allokati għal din l-iskema. Intant, kull għaqda volontarja tista’ tibbenefika sa massimu ta’ €5,000.
L-inizjattivi eliġibbli għall-finanzjament huma maqsuma f’ħames kategoriji ewlenin li jibdew minn titjib ġenerali tal-bini jew il-faċilità sa inizjattivi b’bażi komunitarja.