Is-Sibt filgħodu, kompla l-aċċess li għaddej bħalissa f’numru ta’ lokalitajiet bħala parti mill-ġuri li għaddej dwar l-omiċidji tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015 u dak ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.
Fil-fatt, taħt għassa stretta għall-aħħar, l-Imħallef Edwina Grima flimkien mal-ġurati u Vince Muscat, magħruf bħala ‘l-Koħħu’, ttieħdu biswit is-sit u fuq is-sit fejn sar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fil-Bidnija, limiti tal-Mosta – każ li seħħ fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.
F’dan il-ġuri, Jamie Vella u Robert Agius tal-“Maksar”, jinsabu akkużati li ssupplixxew il-bomba, li biha nqatlet Daphne Caruana Galizia.