Waqt li llejla fis-semifinali tal-FA Trophy jilagħbu kontra Hibernians, il-plejers taċ-champions friski tal-futbol Malti, Ħamrun Spartans, mistennija jilbsu flokk ġdid b’sinifikat qawwi favur kawża ġusta.
Dawn il-flokkijiet, li nħarġu mill-għaqda karitattiva Ħamrun Ħanin, biex b’kollaborazzjoni mal-Malta Guide Dogs Foundation, jinxtara u jitħarreġ kelb li jiggwida persuna nieqsa mid-dawl.
Għal dan il-għan, il-plejers Ħamruniżi mistennija li, wara l-logħba tal-lejla, jiffirmaw il-flokk individwalment biex, imbagħad, għada jinbiegħu f’irkant permezz tal-websajt:
https://app.galabid.com/hhguidedog2025/items
Flokkijiet simili, li wkoll qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €25, mistennija jintlibsu wkoll minn bosta partitarji tal-Ħamrun.