L-istart-up Maltija MannaEV, li tispeċjalizza fil-provvista ta’ flotot sostenibbli u topera katina kbira ta’ vetturi elettriċi u battrey-swapping stations, b’50 vetturi elettriċi u tliet battrey-swapping stations preżentament, se tkun qed tingħaqad f’sħubija ma’ Bolt, sabiex pajjiżna jkun jista’ jgawdi minn titjieb aktar sostenibbli fejn jidħol is-settur tal-food and grocery deliveries.
Id-Direttur Ġenerali ta’ Bolt esprima l-entużjażmu tiegħu għal din is-sħubija, u elenka kif Bolt se jkun qed jiffoka sabiex jintlaħaq l-għan tagħhom ta’ servizz dejjem aktar garantit u servizz eċċezzjonali.
Min-naħa tiegħu, Jerry Hang, il-Fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta’ MannaEV, elenka kemm hu kburi b’din l-isħubija, u għaldaqstant issa jmiss li s-sewwieqa u l-ħaddiema ta’ Bolt jiggwadanjaw minn modi ġodda aktar eco-friendly.
