Mil-lum, Malta għal dawn is-sitt xhur li ġejjin se jkollha l-Presidenza tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa.
Hawnhekk pajjiżna se jkollu din il-Presidenza għar-raba’ darba u 60 sena wara li Malta ssieħbet f’dan il-forum internazzjonali, fl-1965.
Din il-Presidenza Maltija se ssir fi żminijiet bla preċedent, bħala kien seħħ fl-aħħar sentejn, meta pajjiżna kellu siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u s-sena l-oħra, bil-Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, fl-OSCE.
Fost il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija hemm l-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni, kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal.
F’din il-Presidenza, Malta se tkompli titkellem favur il-waqfien mill-ġlied dejjiemi fl-Ukrajna.