9 biss huma s-semifinalisti li fadal sabiex din il-ġimgħa jaffrontaw sfida oħra fis-sitt semifinali ta’ BRILLANTI SINGERS. 9 parteċipanti li lkoll joħolmu li fil-finali ta’ gimghatejn oħra jirbħu total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fil-kant.
Iżda t-triq għall-finali, għalkemm qrib ma hija ċerta għall-ħadd speċjalment bl-isfida li jmiss li hija: Disco. Żgur li ser ikunu ħafna mid-9 semifinalisti li fadal li ser ikollhom joħorġu mill-‘comfort zone’ tagħhom sabiex jimpressjonaw il-ġurija professjoanli komposta minn Nate Morrison, Sarah Harrison u Greta Manuzi.
U din il-ġimgħa jingħaqad mal-ġurija ta’ BRILLANTI SINGERS ħadd ħlief il-kantant prinċipali ta’ waħda mill-bands ewlenin ta’ pajjizna, ħadd ħlief Chris Gatt ta’ The Travellers.
Is-Sitt semifinali ta’ BRILLANTI SINGERS tixxandar l-Erbgħa 14 ta’ Mejju, fuq ONE