Is-Servizz Pubbliku, permezz tal-midja soċjali tiegħu, ippubblika filmat ieħor, wara dak tas-sena li għaddiet, fejn jippromwovi l-mod kif iċ-ċittadin jista’ jinqeda b’mod faċli f’ċirkostanzi varji.
Il-filmat b’rakkont teatrali ta’ madwar disa’ minuti, li jinstab fil-link t’hawn taħt, jesponi ħafna mis-servizzi li nistgħu niġu bżonnhom fil-ħajja tagħna ta’ kuljum f’dawn il-gżejjer.
Servizzi governattivi, li llum ukoll igawdu mill-aqwa reputazzjoni fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea, mhux l-inqas bl-unuri li ntrebħu fl-aħħar snin.
L-istorja, li ddur madwar bawxati ta’ individwu waqt fiera tradizzjonali Maltija, ukoll tasal hekk kif ninsabu biss ftit jiem ’il bogħod mill-Malta Public Service Expo 2025, li se tkun qed tittella’ bejn il-21 u l-25 ta’ dan ix-xahar fl-MFCC, f’Ta’ Qali.
Ara x’ġara wara dak li seħħ is-sena l-oħra, hekk kif il-praspar ta’ “Mario” jkomplu!