Raġel ta’ 62 sena minn Tas-Sliema weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:45 a.m., meta seħħet ħabta bejn mutur Lemoto Aura, misjuq mill-vittma, u karozza Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 54 sena minn Birżebbuġa.
Tim mediku mar fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lir-raġel, li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.