Gżira United jinsabu logħba ‘l bogħod milli jirbħu l-VMFA Cisk Premier League hekk kif kisbu s-17-il rebħa staġjonali. Fil-fatt huma għelbu lil Żurrieq Wolves 7-3 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. Sebastian Nayar u Kevin Sammut skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ian Zammit, Justin Grioli u Andrew Cohen żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Beppe Muscat skorja żewġ gowls għal Żurrieq sabiex Kevin Ellul żied ieħor.
Il-Gżirjani jinsabu jgawdu l-punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali Floriana li min-naħa tagħhom għelbu lil Rabat Veterans 7-4. Floriana skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ tripletta ta’ Mano Micallef u doppjetti ta’ Glenn Bonello u Malcolm Licari. Adam Smeir, Gareth Magri, Andre Scicluna u Gilbert Spiteri Lowell żammew lil Rabat fil-logħba.
Finalment, Birkirkara St Helen’s għelbu lil Hibernians 10-4. Il-Karkariżi riedu jiksbu rebħa akkost ta’ kollox minn din il-partita fejn kellhom lil Daniel Cremona li skorja tliet gowls, Jean Pierre Mifsud Triganza u Christian Caruana kellhom żewġ gowls f’isimhom filwaqt li Federico Marine, Robert Perkins u Ayrton Caruana għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom. Għal Hibernians Ilia Nazarov skorja żewġ gowls filwaqt li Adrian Lanzon u Clayton Micallef Vassallo niżżlu isimhom fost l-iskorers.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE – Gżira United 53, Floriana 52, MFPA 41, Birkirkara St Helen’s 34, Rabat 24, Żurrieq Wolves, Hibernians 15, Żejtun Red Stars 0.