Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju fil-Kalkara ġie nnawgurat monument ġdid li jirrappreżenta lil Malta Rebbieħa fuq inizjattiva tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. F’dan il-monument naraw l-allegorija ta’ Malta li hija irrapreżentata fil-figura ċentrali, monumentali li tidher ħierġa mill-bandiera Maltija. Filfatt l-ilbies tagħha jitwaħħad ma’ dak tal-bandiera, jsiru ħaġa waħda li permezz tal-panneġattura jwasslu lil min ikun qiegħed jara din l-opra biex jimxi għal figuri li jibnu dan il-monument.
Jidher ix-xwejjah bl-emblema tas-salib tal-kavallieri li jirrappreżenta l-passat li bena l-istorja rikka Maltija. Ezatt taħtu l-omm tredda lit-tarbija, tirrappreżenta l-ġenerazzjoni l-ġdida, l-futur ta’ poplu, l-ulied.
In-naha l-oħra hemm dak li jirrappreżenta s-sagriffiċju, lil dawk li taw ħajjithom għal patria. Jwieżen il-ġisem mejjet hemm iż-żgħażugħ, altruwista, s-simbolu tal-ġenerazzjoni Maltija li dejjem lesta biex tgħin, valur imprezzabli li ilu jispikka minn żmien Pawlu ta’ Tarsu.

Dan il-monument huwa 11-il pied għoli b’6 piedi wiesgħa. Maħdum fil-cold cast resin u mwaħħal ma blata li fuqha hemm imnaqqxin il-kelmiet: ”L-Omm li tatna isimha”
Dan il-monument huwa disinjat u maħdum mill-iskultur il-Kav. Antonio Mifsud, mgħejjun minn Natalino Xuereb filwaqt li tqattih tal-kelma sar mill-aħwa Mifsud ta’ Ħal Qormi
Inawgurazzjoni saret mic-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera s-Sur Joe Mizzi peress li l-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-Kalkara kienet applikat għal fondi mill-istess Fondazzjoni u ġie mbierek mill-Kappillan tal-Parroċċa Mons. Nicholas Pace.
Preżenti għall-inawgurazzjoni fix-Xatt tal-Kalkara kien hemm is-Segretarju Parlamentari l-Onor Alison Zerafa Civelli u l-Onor Glenn Bedingfield, is-Sindku tal-Lokal Wayne Aquilina flimkien mal-Kunsilliera u mistiedna oħra.
