Ftit tal-ħin ilu, is-Segretarju tat-Teżor Amerikan Scott Bessent waqt li kien qiegħed jitkellem f’Geneva, ħabbar li l-Istati Uniti u ċ-Ċina laħqu ftehim sabiex inaqqsu t-tariffi kummerċjali għal 90 jum.
Huwa qal li ż-żewġ pajjiżi se jnaqqsu dawn it-tariffi b’115% hekk kif bħalissa it-tariffa Amerikana fuq l-importazzjoni Ċiniża hija 145% filwaqt li ċ-Ċina qed timponi tariffa ta’ 125% fuq ċerti prodotti Amerikani.
Id-dettalji dwar dan għandhom jitħabbru fil-ħinijiet li ġejjin.