Il-grupp militanti tal-Kurdi PKK, ħabbar li kien se jxolji f’mossa intenzjonata li jiġi fi tmiemu kunflitt ta’ għexieren ta’ snin mat-Turkija.
Din id-deċiżjoni storika tħabbret mill-aġenzija tal-aħbarijiet Firat li hija qrib ħafna tal-Partit tal-Ħaddiema Kurdistan, il-PKK li permezz tagħha se jkun qed jintemm il-kunflitt bl-armi li ilu għaddej mal-erbgħin sena u li fih tilfu ħajjithom għexieren ta’ eluf ta’ persuni.
Fi Frar li għadda, l-mexxej tal-grupp Abdullah Ocalan, li ilhu arrestat fuq gżira qrib Istanbul mill-1999, kien ħeġġeġ lill-grupp sabiex jiltaqa’ u jiddeċiedi formalment biex iżarma.
B’konsegwenza, fl-1 ta’ Marzu, il-PKK kienu ħabbru ftehim unilaterali ta’ waqfien mill-ġlied iżda b’ċertu kundizzjonijiet, li waħda minnhom kienet li jkun imfassal qafas legali ġdid għal negozjati ta’ paċi.
Il-PKK huwa meqjus bħala grupp terrorista kemm mit-Turkija kif ukoll mill-alleati tal-Punent, hekk kif ilhu jorganizza rvellijiet fit-Turkija mill-1984.