It-Tim tan-Nisa tal-Water Polo ta’ Sirens għal darb’oħra wera d-dominanza tiegħu billi rebħu l-kampjonat BOV Water Polo tax-Xitwa għar-raba’ sena konsekuttiva mit-twaqqif tiegħu fl-2022 u huwa l-uniku tim li rebaħ din il-kompetizzjoni mit-twaqqif tagħha.
Il-prestazzjoni pożittiva tat-tim matul l-istaġun tax-xitwa tal-Water Polo rathom jirbħu l-logħob kollu tagħhom fil-kampjonat u fejn permezz tal-għaqda tat-tim u l-ħila strateġika tagħhom saru punt ta’ riferiment fil-waterpolo tan-nisa.
Ernest Agius, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet fil-Bank of Valletta u Karl Izzo u Randolph Cauchi, President u Viċi President rispettivament tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw lil Sirens bit-Tazza tal-Kampjonat BOV Water Polo tan-Nisa tax-Xitwa.