F’Birkirkara reġa’ kien hemm każ ta’ karozzi li ħadu n-nar. Kien kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:30 li residenti li jgħixu viċin Triq il-Laqxija, Birkirkara, semgħu ħsejjes li ħasduhom u meta ħarġu barra raw xena li qatt ma kienu qed jistennew.
Żewġ karozzi vampa b’periklu anke għar-residenzi fl-akwata. Ftit tal-minuti wara waslu l-pulizija u l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-niries. Ma kien hemm ebda vittmi, filwaqt li l-karozzi BMW u Toyota Corolla inħarqu għal kollox.
Ritratti + Filmat: Charles Mizzi