Il-President Ukren Volodymyr Zelensky għadu kemm ikkonferma t-talba tal-President Russu, Vladimir Putin, li lest li jiltaqa’ miegħu għal diskussjoni dwar il-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Zelensky saħaq li dan huwa sinjal pożittiv li fl-aħħar ir-Russi bdew jikkunsidraw għat-tmiem ta’ din il-gwerra qattiela. Huwa qal li mit-Tnejn, 12 ta’ Mejju, se jkunu qed jistennew konferma mingħand ir-Russja biex wara snin ta’ ġlied, din il-gwerra tintemm.