Nick Mercieca, ġuvni ta’ 18-il sena illum irrapreżenta lil Malta ġewwa l-Ġiroġia. Hu rnexxilu jagħmel it-tlett rounds b’suċċess u b’hekk rebaħ midalja tal-‘Ġenerazzjoni Li Jmiss’. Nick, li għandu l-kundizzjoni tal-Ispina Bifida qiegħed jikkompeti sabiex jikkwalifika fil-Para Olimpjadi tal-2028. Nick huwa l-ewwel Malti li ħa sehem f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża tal-Para Power Lifting, u ikkompeta ma para atleti ta’ esperjenza.
Dan mhuwiex l-uniku sport li Nick jagħmel. Apparti l-power lifting, huwa jippratika l-parakarate u hu l-ewwel black belt paraatleta Malti, kif ukoll il-pararowing fejn hemm għamel anke’ rekord mondjali.
L-inklużjoni sportiva gewwa Malta qed timxi l’quddiem. Para atleti qed isiru izjed magħrufa, u l-Para Olimpjadi ġewwa pajjizna qed isir Iżjed popolari.
Nick hu inspirazzjoni għal ħafna sportivi, u hu eżempju ta’ determinazzjoni sabiex wieħed qatt ma jaqta’ qalbu. Waqt intervista li saret minn gurnalist f’okkazjoni riċenti, Nick qal “Bl-isport taghmel l-impossibli possibli”.