Iċ-champion renjanti tat-table tennis lokali, Gabriel Grixti, ilmenta li tħalla barra mill-kontinġent Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li se jsiru f’Andorra minn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-kontinġent ġie magħżul mill-Kumitat Olimpiku Malti u tħabbar ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet.
F’post fuq Facebook, Grixti qal li, mill-plejers kollha tat-table tennis li ntagħżlu għal Andorra, wieħed biss hu Malti. L-oħrajn huma barranin li ġabu ċ-ċittadinanza ftit tas-snin ilu.
Grixti qal li jħoss li dan hu inġust. Qal li dawn il-plejers “barranin” mhu qed jagħtu l-ebda kontribut lil-logħba tat-table tennis lokali. Min-naħa l-oħra, filwaqt li hu rebaħ it-titlu nazzjonali wara ħafna sagrifiċċji, xorta tħalla barra mill-kontinġent Malti.
Sadanittant, ftit wara, il-Kumitat Olimpiku Malti ħareġ stqarrija dettaljata bi tweġiba għall-ilment ta’ Grixti. Fost l-oħrajn, fit-tweġiba twila, jingħad li mhux biżżejjed li tkun champion nazzjonali, iżda iżjed importanti l-atleti jeħtieġu jikkompetu wkoll barra minn xtutna biex tiġi evalwata l-kompetenza u l-livell attwali ta’ kull atleta
Tista’ taqra l-istqarrija kollha tal-Kumitat Olimpiku Malti hawnhekk: