Il-kok u l-personalità televiżiva ta’ fama internazzjonali, il-Malti-Awstraljan Shane Delia, jinsab fostna biex jiġbed sensiela televiżiva ġdida, li din id-darba se tkun iffokata partikolarment fuq l-ikel tradizzjonali Maltija.
Delia, li għamel suċċessi kbar, speċjalment fl-Awstralja, u saħansitra għandu katina ta’ restoranti tiegħu, se jkun qed jesponi l-arti kulinarja ta’ pajjiżna fis-sensiela, li se tixxandar mal-erbat irjieħ tal-globu, kif spjegalna hu personalment.
Din is-sensiela qed issir bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, permezz tal-brand tagħha VisitMalta.
ONE News tkellem ma’ Shane proprju fil-post fir-Rabat fejn qegħda tinġibed din is-sensiela.
“What’s going on is that we’re filming a show that’s showcasing Maltese culinary history, this show’s gonna be broadcast across the world, over 130 countries will be seeing what is happening in Malta, it’s not just about classical Maltese food, it’s about where it started, what the origins are and the influences and where it can go.”
Shane Delia – Kok Malti-Awstrajlan
Shane, li żar l-art tad-dixxendenti tiegħu diversi drabi qabel, tenna li l-arti kulinarja Maltija hi affaxinanti u llum tilħaq livell għoli ħafna.
“I love Malta, I mean I’m Maltese Australian, my parents are Maltese. I’ll be coming back to Malta ever since I was a little boy so I’m in love with Malta. I think there’s some really brilliant Maltese Chefs here now, guys like Jonathan Brincat and Adrian and the boy’s at ‘Tartarun’, Letizia and this whole undercurrent of chefs that’s producing brilliant food at world class level.”
Shane Delia – Kok Malti-Awstrajlan
Ħallejna lil Shane u l-crew kollu televiżiv ikomplu bil-produzzjoni tagħhom, waqt li issa l-antiċipazzjoni hi għal din is-serje televiżiva, li tippromwovi mhux biss tradizzjonijiet antiki, iżda wkoll industrija lokali li kompliet tiffjorixxi fl-aħħar snin.
Dan mhux biss f’ekonomija, li għadha tikber f’livelli bla preċedent, iżda wkoll b’investimenti kbar li qed isiru anke fl-edukazzjoni, partikolarment fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS.