Din il-ġimgħa, naslu għall-aħħar programm tad-19-il edizzjoni tal-programm Arani Issa, sensiela li żammet kumpanija lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin kull nhar ta’ Sibt filgħaxija bi stejjer emozzjonanti u sorpriżi mill-isbaħ.

F’dan l-aħħar programm ta’ din l-edizzjoni, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu jwasslilna programm speċjali bi stejjer kommoventi u emozzjonanti. Ser niltaqgħu ma’ Rita, mara li tagħti ħajjitha tieħu ħsieb lil ommha li tant tħobb u tirrispetta. Rita ser ikollha trasformazzjoni sabiħa f’dan l-aħħar programm. Joseph ilaqqagħna wkoll ma’ mara ta’ kuraġġ kbir Maryln.

U min hu iż-żgħażugħ Gilmour Borg li ħajtu hija riflessjoni ċara li fil-ħajja ma tista’ taqta’ qalbek qatt u b’deteminazzjoni u rieda soda tasal fejn trid! U x’sorpriża finali ħejja Joseph u t-tim tiegħu għal ġuvnott speċjali sabiex itemm b’mod tant sabiħ din id-19- il edizzjoni ta’ dan il-programm tant maħbub?
Segwi Arani Issa, l-aħħar programm, is-Sibt 10 ta’ Mejju fid-8:45pm fuq ONE
