Robert Francis Prevost twieled f’Chicago fl-14 ta’ Settembru 1955. Temm l-istudji sekondarji tiegħu fis-seminarju tal-Ordni ta’ Santu Wistin fl-1973.
Prevost qatta’ ħafna mis-servizz tiegħu bħala missjunarju fl-Amerika t’Isfel u riċentament mexxa uffiċċju importanti tal-Vatikan responsabbli mill-ħatra tal-isqfijiet. Hu mistenni li jkompli jibni fuq ir-riformi tal-Papa Franġisku.
Fl-2014 hu beda jaħdem fil-Perù u, aktar tard, inħatar Isqof ta’ Chicago, fejn għamel għaxar snin f’din il-kariga sal-2023.
Fl-istess sena, il-Papa Franġisku ordnah kardinal u, aktar tard, Kap tad-Dekasteru tal-Isqfijiet.
Hu mifhum li Prevost hu kien viċin ħafna tal-viżjon tal-Papa Franġisku, tant li wkoll kien favur l-ordni tal-Papa biex koppji divorzjati jirċievu l-Ewkaristija.
Minkejja dan hu kien anke kritiku fuq iż-żwieġ tal-istess sess.