Fit-8 ta’ Mejju 1886, il-farmaċista Amerikan Dr. John Stith Pemberton ħoloq dak li llum hi meqjusa bħala waħda mill-aktar xarbiet famużi fid-dinja, il-Coca Cola.
Din kienet giet ivvintata f’Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti, bħala toniku mediċinali li kien maħsub biex itaffi uġigħ ta’ ras u għeja. Filfatt L-ewwel darba li nbiegħet kien fil-farmaċija ta’ Jacobs, fejn din kienet titħallat ma’ ilma gassat u tinbiegħ għal ħames ċenteżmi t-tazza.
Ftit kien jaf Pemberton li dan il-ħolqien żgħir kien se jsir imperu dinji. Fil-ktieb tal-kontijiet tiegħu, Frank M. Robinson, mhux biss kien taha l-isem “Coca-Cola” imma wkoll iddisinja l-logo ikoniku li għadu jintuża sal-lum iżda Pemberton miet ftit snin wara u qatt ma ra s-suċċess enormi li ġabet din ix-xarba li kien ivvinta.
Matul is-snin, Coca-Cola saret ħafna aktar minn sempliċi xorb iżda saret simbolu tal-kultura Amerikana, element ewlieni fil-marketing globali, u parti essenzjali minn ħafna mumenti soċjali, mill-logħob tal-baseball sal-pikniks mal-familja.
Minkejja t-tibdil fil-gosti u l-kompetizzjoni, il-marka baqgħet waħda mill-aktar magħrufa u kkunsmata fid-dinja.
Illum, Coca-Cola tinsab f’aktar minn 200 pajjiż, b’aktar minn 1.9 biljun flixkun jinxtara kuljum.
Minkejja li llum qed niċċelebraw il-139 anniversarju tagħha, Coca-Cola tibqa’ simbolu ta’ innovazzjoni, branding u freskezza.