Il-kardinali, li qed jieħdu sehem fil-konklavi biex jaħtru s-suċċessur tal-Papa Franġisku, li miet fil-21 t’April li għadda, reġgħu ma qablux fuq min għandu jkun il-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika Rumana.
Dan wara t-tieni u t-tielet vot fil-konklavi, li ttieħdu dalgħodu. L-ewwel vot ittieħed l-Erbgħa filgħaxija. Żewġ voti oħrajn huma skedati għal-lum, ieħor waranofsinhar u ieħor illejla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istess proċess jibqa’ jiġi ripetut sakemm miċ-ċumnija ma joħroġx id-duħħan abjad.
S’issa l-133 kardinal taħt it-80 sena, li qed jivvotaw, għadhom ma qablux fuq il-persuna ppreferuta, li jrid ikollha l-appoġġ taż-żewġ terzi meħtieġa, jiġifieri mill-inqas 89 vot, biex issir Papa.