Ilbieraħ fis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam Birżebbuġa.
Minn investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija li ssejħu fuq il-post, jirriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza misjuqa minn Albaniż ta’ 23 sena residenti Birżebbuġa u mutur misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei minn ambulanza li kienet imsejħa fuq il-post flimkien ma’ tim mediku u aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.