Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin f’ħidma biex jitfu nirien li ħakmu xi dgħajjes, li kienu qed jinżammu f’boat yard f’Ħal Far.
ONE News jinsab informat li mill-inqas erba’ opri tal-baħar inqerdu f’dawn in-nirien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħala prekawzjoni, Triq Ħal Far, fil-limiti ta’ Birżebbuġa, kellha tingħalaq waqt li għaddejja din l-operazzjoni delikata.
Fuq il-post hemm numru kbir ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei, waqt li Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat Joe Mifsud, li nieda inkjesta u ħatar l-esperti biex jgħinuh.