Dan kien kliem ta’ omm tfajla bl-isem ta’ Shannon, minn Minesota, li tilfet ħajjitha wara sempliċiment influwenza. “Ilbieraħ ma ħlomtx b’Shannon u rrid nerġa nara u nkellimha għal aħħar darba u ngħidilha kemm jiena dispjaċuta,” stqarret l-omm. L-omm li qed tħoss li hija l-ħtija li bintha mietet hekk kif it-tfajla kellha biss sintomi ta’ influwenza u kienet ilha marida biss ġimgħa.
“Illum, 827 ġurnata wara li binti mietet qed infittex fuq Google informazzjoni dwar l-influwenza. Ma nistax nifhem kif persuna tista’ tmut hekk, qed niprova nagħmel sens mill-informazzjoni għax ma rrid li ebda persuna ma tmut l-istess mewta.”
“Ftit tal-jiem wara li ġiet id-dar ma tiflaħx bdiet tgħid li xorta mhux tħossha tajjeb u ħsibt li qed tieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni biex tiskarta mill-iskola. Il-Ħadd hi kienet tidher aktar ma tiflaħx, minkejja li kienet qed tara t-televiżjoni, hi ma kinitx qed tiekol,” spjegat omm Shannon. Dakinhar il-ġenituri ddeċidew li jieħdu lil binthom l-isptar fejn ingħatat trattament għall-influwenza.