It-Tnejn filgħaxija, hekk kif bdiet seduta plenarja fi Strasburgu, il-Parlament Ewropew, immexxi minn Roberta Metsola, irrifjutat li jiddiskuti l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani wara li l-Kabinett Iżraeljan approva l-pjan biex jieħu kompletament taħt idejh it-tmexxija tal-Medda ta’ Gaza.
Minkejja dan, proposta għal dibattitu b’urġenza dwar is-suġġett ma ġietx milqugħa hekk kif il-Parlament Ewropew ivvota fil-maġġoranza kontra.
Sussegwentement grupp ta’ Membri Parlamentari Ewropej talbu biex, almenu, issir minuta silenzju b’rispett il-vittmi tal-konflitt atroċi f’Gaza li, fl-aħħar sena u nofs, ra eluf kbar ta’ innoċenti jinqatlu.
Minkejja dan, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li diġà ġiet akkużata li ffaċilitat l-istess ġenoċidju meta fl-aħħar tal-2023 kienet żaret Iżrael u tat il-barka tagħha lill-armata tal-pajjiż, m’aċċettatx.
Minflok, għażlet li timxi minnufih għal diskussjoni oħra … dik dwar multa li ngħatat lill-pjattaforma tal-midja soċjali, TikTok.
ROBERTA METSOLA: “Can we close the agenda now?”
ANA MIRANDA PAZ: “I call on all MEPs that we do a minute of silence in honour of victims of Gaza.”
ROBERTA METSOLA: “But your point is made and taken, thank you. The Renew Group has requested on Commission statement on the fine against TikTok and the need to strengthen the protection of citizens’ right.”
Min-naħa l-oħra, l-Erbgħa, l-istess plenarja tal-Parlament Ewropew se tiddiskuti l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ta’ Malta.
Waqt programm ta’ diskussjoni fuq NET TV, id-Deputat Laburista Alex Muscat innota kif il-Parlament Ewropew u l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista fi ħdan EPP qatt ma ddiskutew xi programm simili ta’ xi pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea.