Resqin lejn jum l-Omm, huwa minnu li s-soċjetà titfa’ pressjoni żejda fuq nisa li jkunu ilhom f’relazzjoni biex ikollhom it-tfal? Mara għandha jkollha sick leave żejjed waqt it-tqala? Qed nipproteġu l-emozzjonijiet tal-omm jekk tqala tmur ħażin? u l-miscarriage leave, x’differenza jagħmel jekk jiġi ntrodott?

Dan u aktar se jkun diskuss waqt AWLA ta’ din il-ġimgħa, flimkien mal-avukat Dr Yanika Saliba Vidal, il-counsellor tal-fertilità Danielle Scerri Azzopardi mal-Ġinekoloġu Prof. Yves Muscat Baron u d-Direttur ta’ DIER Diane Vella Muscat
AWLA – illum it-Tlieta 6 ta’ Mejju fid-20:45 u fuq il-mezzi soċjali one.com.mt