Is-sitt passiġġieri abbord il-bastiment ‘Conscience’, li ma kinux jagħmlu parti mill-ekwipaġġ tiegħu, irritornaw lura pajjiżhom it-Tnejn bil-lejl permezz ta’ titjira kkordinata mill-Gvern Malti, kif indikat mill-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament ftit sigħat qabel.
Jirriżulta li dawn kienu kollha ċittadini Torok.
L-irġiel u nisa abbord il-bastiment tal-Freedom Flotilla Coalition, li nħakem min-nirien fil-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa l-oħra waqt li kien f’ibħra internazzjonali mas-17-il kilometru ’l barra minn Malta, kienu kollha fi stat ta’ saħħa tajjeb u ngħataw l-għajnuna mill-Ambaxxata Torka f’pajjiżna sakemm qabdu t-titjira mill-Ajruport.
Wara ħafna trattattivi bejn l-awtoritajiet Maltin, il-kaptan tal-vapur u l-aġenti marittimi tiegħu, intlaħaq qbil li surveyor Malti jitla’ abbord biex jevalwa l-ħsarat li hemm. Il-Gvern Malti offra li jsewwi l-ħsarat.
AQRA AKTAR: