Abdul Waheed, li huwa reliġjuż li kien jieħu ħsieb post ta’ qima tas-Sufisti fil-Pakistan sejjaħ l-individwi li kienu f’dan il-post u offrilhom ikel ivvalenat, sawwathom u qatilhom b’sejf. Att li ħalla għoxrin persuna mejta wara li ġew torturati u nqatlu.
Dan is-swat li jsir mill-kustodju fuq id-dixxipli huwa swat aċċettat fost is-Sufisti iżda dawn it-torturi u qtil ħasdu l-provinċja Punjab.
Kienet mara li ħarbet minn din ix-xena traġika ta’ qtil li kixfet dak li kien ġara, hija filfatt kienet midruba gravi iżda rnexxielha ssalva. Iżda hemm rapporti oħra li qed jgħidu li kienu tfal li raw dan il-qtil li kixfu x’kien qed jiġri.
Huwa mifhum li r-raġel kellu problemi ta’ saħħa mentali u għamel dan fi stat ta’ biża, iżda dawn huma biss allegazzjonijiet u l-motiv wara dan il-qtil għadu mhux ċar.