Baħri Ingliż ta’ 33 sena ġie illiberat bil-kundizzjonijiet wara li ammetta li kkaġuna danni b’valur ta’ madwar €1,684 f’bar fil-Belt Valletta.
Christopher Michael Peters, li jagħmel parti mill-ekwipaġġ tal-bastiment tar-Royal Navy, l-HMS Trent, tressaq il-Qorti wara li kkaġuna ħsarat fil-bar ‘Sailor’s Paradise’ fil-Belt waqt li kien fis-sakra.
Peters ġie ordnat iħallas id-danni kollha sas-Sibt li ġej.