Artiklu miktub mill-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, Frank Zammit.
Il-Konklavi, li fih jintagħżel il-Papa l-ġdid, huwa wieħed mill-aktar avvenimenti solenni u importanti fil-Knisja Kattolika.
Dan jitlesta fis-Sistina, kappella storika fil-Vatikan magħrufa mhux biss għall-funzjoni reliġjuża tagħha iżda wkoll għall-ġmiel artistiku straordinarju.
L-ippjanar u l-preparazzjoni tal-kappella għal dan l-avveniment ma jsirx b’każwalità; għandu proċess stabbilit u bir-reqqa li jirrispetta l-importanza tal-mument u r-regoli stabbiliti mis-Santa Sede.
L-ewwel pass fil-preparazzjoni huwa li l-Kappella Sistina tinbidel minn post ta’ qima għal waħda ta’ iżolament strett.
Dan isir biex jiġi żgurat li l-Kardinali eletturi jkunu kompletament iżolati mill-bqija tad-dinja waqt il-proċess tal-għażla.
Għalhekk, jiġu installati strutturi temporanji li jillimitaw l-aċċess u l-viżibilità.
Anke t-twieqi tal-kappella jiġu miksijin biex jiġi evitat kull kuntatt jew komunikazzjoni mal-estern.
Sistema teknoloġika speċjali wkoll tiġi installata biex jiġu