Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2025, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Matthew Borg mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra.
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 22 ta’ Mejju, fit8.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand filKappella tas-Seminarju Maġġuri.
Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese.