Hayley Ghiller se tkun ir-rappreżentanta ta’ Malta ta’ din is-sena għall-Miss Supranational li jmiss li se ssir f’Malopolska, fin-Nofsinhar tal-Polonja fit-28 ta’ Ġunju.

70 pajjiż qed jikkompetu għall-kuruna biex teleġġi Miss Supranational 2025. Hayley se titlaq għal vjaġġ ta’ 3 ġimgħat fejn se titħarreġ biex possibbilment issir Miss Supranational li jmiss. L-ispettaklu se jiġi trażmess dirett fuq l-istazzjon nazzjonali Pollakk Polsat filwaqt li l-preparamenti tagħhom jistgħu jiġu segwiti fuq il-pjattaformi kollha tal-midja soċjali.
Hayley Ghiller se tkun qed timmudella bil-kostum nazzjonali, b'ilbies għall-għawm u ilbies ta' filgħaxija. One.com.mt jawguralha għal din l-avventura.