Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera tkomplew kemm il-kampjonat tas-Super League u anki dak tal-Ewwel Diviżjoni organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Issa matematikament, Falcons huma ċ-ċhampions il-ġodda filwaqt li Paola Executive Security huma r-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni.
Fl-ewwel logħba ta’ tmiem il-ġimgħa mis-Super League Falcons rebħu lil Flyers 3-1. Falcons, immexxija minn Jacques Seifert rebħu l-ewwel żewġ sets 25-14 u 25-8, tilfu t-tielet wieħed 25 għal 21 u wettqu reazzjoni biex rebħu li jmiss 25-13. Ta’ min wieħed jinnota li aktar kmieni dan l-istaġun, Falcons kienu anki rebħu t-Tazza Nazzjonali wara li għelbu lil Paola Executive Security fuq żewġ logħbiet. Flyers kienu mmexxija minn Stephen Farrugia.
Fit-tieni partita mis-Super League Mġarr għilbu lil Birkirkara 3-1. Is-sets, Birkirkara l-ewwel kienu 18-25, 25-27, 25-20 u 21-25. Mġarr kienu mmexxija minn Anthony Falzon u Marvic Micallef u Birkirkara minn Dalton Caruana u Stefan Decelis. Dan ir-riżultat ma kienx biżżejjed biex Mġarr iżommu posthom mal-kbar.
Min naħħa l-oħra fl-ewwel logħba mill-Ewwel Diviżjoni, il-leaders Paola Executive Security, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg rebħu lil Depiro ta’ Charles Gauci tliet sets għal xejn. It-team minn Raħal Ġdid issa hu matematikament champion u promoss għas-Super League u rebħu s-sets tagħhom 25-16, 25-17 u 25-11.
Fil-partita l-oħra Birkirkara Reds rebħu lil Swieqi Phoenix Challengers bl-iskor ukoll ta’ 3-1 (sets kienu 25-10, 29-27, 25-21 u 25-13).
SUPERLEAGUE
Flyers VC Vs Falcons VC: 1-3
BKVC Vs Mgarr Volley: 1-3
FIRST DIVISION:
Swieqi Phoenix Challengers Vs BKVC Reds: 1-3
Paola Executive Security Vs Depiro VC: 3-0
U15
Falcons VC Vs Depiro VC: 1-3
Swieqi Phoenix Young Stars Vs Birkirkara VC: 3-0
Paola Maypole Vs Flyers: 1-3
