Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech stqarr li hawn min jistħi li hu Malti.
Dan qalu waqt li kien qed jiġi intervistat fuq il-midja Nazzjonalista, waqt li kompla jattakka l-investiment mill-Programm ta’ Ċittadinanza, bħalma għamlu l-esponenti tal-fergħa estremista Nazzjonalista.
“Dawn ma jridux juru isimhom, jiġifieri jistħu li huma Maltin. Jekk inti tistħi li int ċittadin Malti ma rridex le.”
Il-Kap tal-PN, Bernard Grech
Din id-dikjarazzjoni fakkret f’dak li kien qal Bernard Grech innifsu qabel ma kkontesta għall-Kap Nazzjonalista fis-sajf tal-2020.
“U ma nibżgħux inkunu msefrin, li sfortunatament sirt niddejjaq nagħmel jien u ngħidilhom jien minn Malta. Onestament Amy sirt inkun imsiefer, u peress li jien kunjomi Grech, meta jistaqsuni minn fejn inti, ngħidilhom li jien mill-Greċja, allura faċli nitwemmen. Mhux ċajta għax nistħi ngħidilhom li jien Malti.”
Il-Kap tal-PN, Benrdard Grech