Fit-18 ta’ Lulju li ġej, il-grupp mużikali Franċiż, Gipsy Kings se jagħmel prestazzjoni f’pajjiżna waqt l-Għaxaq Music Festival.
Dan wara li fi Frar li għadda tħabbar li l-mużiċist Taljan ‘Zucchero’, se jiġi Malta għall-prestazzjoni fl-ewwel lejl tal-Għaxaq Music Festival fis-17 ta’ Lulju.
Gipsy Kings huwa grupp b’numru ta’ suċċessi fil-karriera mużikali tagħhom, fosthom 20 miljun kopja tal-albums tagħhom mibjugħa madwar id-dinja, numru ta’ ċertifikazzjonijiet ‘Platinum’, kif ukoll fl-2014 rebħu l-unur tal-Aqwa Album Mużikali Dinji fil-Grammy Awards.
Din il-prestazzjoni f’Malta se tagħmel parti mit-tour diniji tagħhom għal din is-sena, bl-isem ‘Back to the Origins’.
Wieħed jista’ jixtri l-biljetti minn fuq is-sit: www.showshappening.com