Raġel ta’ 48 sena li jgħix is-Siġġiewi ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li allegatament ipprova jifga lis-sieħba tiegħu ħdejn il-baħar.
Il-prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat u s-sieħba tiegħu ilhom għal dawn l-aħħar ħames snin flimkien, Iżda dan l-aħħar ir-relazzjoni tagħhom bdiet sejra lura.
F’isem l-akkużat deher l-Avukat Roberto Montalto, fejn talab għall-ħelsien mill-arrest u argumenta li l-klijent tiegħu sofra wkoll xi ġrieħi, fosthom ġrieħi f’wiċċu u gidma taħt sidru.
Il-Maġistrat Victor Axiaq laqa’ t-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €20,000.